Stejjer veri ta’ nies minn kull rokna ta’ Malta u Għawdex
Temmen li l-ewwel tfajla li rebħet it-titlu ta’ Miss Malta ma marritx tirrappreżenta lil Malta f’Miss World għal l-arċipriet ma ħallihiex?
Temmen li hawn raġel Malti li sab għar u għex fih bħala d-dar tiegħu?
Temmen li hawn anzjana Maltija li qatt ma telgħet Għawdex?
Temmen li hawn Malti li għandu kollezzjoni ta’ eluf ta’ wirdien?
Temmen li raġel Malti ġibed ajruplan wieqaf u mexxieh 36 pied?
Temmen li hawn tfajla Maltija jisimha Melissa Sammut?
Bilkemm jitwemmnu hux? Però emminhom għax kollha veri.
F’dan it-tieni volum, George Cremona jkompli jwassal ir-rakkonti ta’ 51 persunaġġ ieħor minn Malta u Għawdex. Stejjer mill-ħajja ta’ kuljum, xi drabi minn ħajjiet inkredibbli, xi drabi tad-daħq, oħrajn li jġibuk konxju dwar realtajiet mhux faċli tal-ħajja u oħrajn imsejsa fuq esperjenzi sbieħ. U jiskopri — u aħna miegħu — li f’kull waħda minn dawn il-ħajjiet, hemm xi ġrajja li bilkemm titwemmen!
Once the user has seen at least one product this snippet will be visible.
Recently viewed Products
To install this Web App in your iPhone/iPad press and then Add to Home Screen.